72 Hours – Maratona ta’ Volontarjat, 5-8 ta’ Settembru 2013

August 8, 2013 in General

Iż-Żgħażagħ Azzjoni Kattolika nediet proġett bl-isem ta’ 72 Hours Malta. Il-qofol ta’ dan il-proġett ħa tkun maratona ta’ 72 siegħa ta’ volontarjat fejn fiha ħa niċċelebraw il-ħidma volontarja li jagħmlu diversi nies u gruppi. Ħa tkun ta’ opportunità wkoll biex żgħażagħ, li għal xi raġuni jew oħra mhumiex involuti fil-volontarjat, ikollhom opportunità fejn jistgħu jagħtu s-sehem tagħhom ukoll.

Kif nista’ nkun parti minn din il-maratona?

Iż-żgħażagħ jistgħu jingħaqdu bħala parti minn organizzazzjoni jew klikka ta’ ħbieb u joħolqu proġett żgħir ta’ volontarjat li jixtiequ huma (jista’ jkun ta’ ftit sigħat jew anka sfida ta’ 72 Hours). Jekk forsi ma jkollkomx proġett f’moħħkom, nistgħu nsibulkom  wieħed aħna, li jinteressakom fejn tistgħu tagħtu sehemkom

Jekk tkunu interessati tistgħu tikkuntattjawna permezz tal-Facebookwww.facebook.com/72hoursMalta, websajt www.zakmalta.org/72hours jew bl-email [email protected]zakmalta.org jew mob 79725913. Ħalli ngħaddulkom iktar informazzjoni dwar kif nistgħu naħdmu flimkien waqt 72 Hours.