72 Hours – Maratona ta’ Volontarjat, 5-8 ta’ Settembru 2013
August 8, 2013 in General
Iż-Żgħażagħ Azzjoni Kattolika nediet proġett bl-isem ta’ 72 Hours Malta. Il-qofol ta’ dan il-proġett ħa tkun maratona ta’ 72 siegħa ta’ volontarjat fejn fiha ħa niċċelebraw il-ħidma volontarja li jagħmlu diversi nies u gruppi. Ħa tkun ta’ opportunità wkoll biex żgħażagħ, li għal xi raġuni jew oħra mhumiex involuti fil-volontarjat, ikollhom opportunità fejn jistgħu jagħtu s-sehem tagħhom ukoll.
Kif nista’ nkun parti minn din il-maratona?
Iż-żgħażagħ jistgħu jingħaqdu bħala parti minn organizzazzjoni jew klikka ta’ ħbieb u joħolqu proġett żgħir ta’ volontarjat li jixtiequ huma (jista’ jkun ta’ ftit sigħat jew anka sfida ta’ 72 Hours). Jekk forsi ma jkollkomx proġett f’moħħkom, nistgħu nsibulkom wieħed aħna, li jinteressakom fejn tistgħu tagħtu sehemkom
Jekk tkunu interessati tistgħu tikkuntattjawna permezz tal-Facebook: www.facebook.